Il-Gvern Ingliż se jiddeċiedi fis-sigħat li ġejjin dwar jekk Malta hux se tibqa' fil-lista tal-pajjiżi siguri

L-għadd ta' każi ġodda ta' Covid-19 fil-Belġju u f'Malta qabżu dawk tal-Portugal u l-Iżvezja liema pajjiżi mhux meqjusa siguri għas-safar mill-Gvern Ingliż

Il-Belġju u Malta jinsabu f’riskju li jitneħħew mil-lista ta’ pajjiżi meqjusa siguri għas-safar imħejjija mill-Gvern Ingliż u dan wara l-aħħar żieda fil-każi ta’ COVID-19.

Analiżi ta’ The Telegraph tispjega kif l-għadd ta’ każi ġodda f’Malta u anke l-Belġju issa qabżu dawk f'pajjiżi bħall-Portugal u anke l-Iżvezja, liema pajjiżi huma esklużi “mil-lista l-ħadra” u għalhekk kull persuna li tasal fir-Renju Unit minnhom trid tagħmel bilfors 14-il ġurnata kwarantina.

Skont The Telegraph, deċiżjoni mill-Gvern Ingliż mistennija tittieħed fl-24 siegħa li ġejjin meta l-Kabinett se jkun qed janalizza l-aħħar informazzjoni u ċifri dwar il-pandemija.

Spanja u anke l-Lussemburgu kienu l-uniku żewġ pajjiżi li l-Gvern Ingliż neħħa minn fuq il-lista ta’ pajjiżi siguri.

Fl-aħħar jiem, Malta kienet waħda mill-ħames pajjiżi li l-Irlanda neħħiet minn fuq il-lista tal-pajjiżi siguri.

Il-Litwanja wkoll għalqet il-fruntieri tagħha għal dawk kollha li jaslu minn Malta.

More in Politika