21 każ ġdid ta' COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa ... Il-każi attivi jitilgħu għal 171

Dan huwa l-ogħla ammont ta' każi ġodda ta' COVID-19 fl-aħħar ġimgħat 

Fl-aħħar 24 siegħa saru xejn inqas minn 1,748 test u minnhom irriżultaw 21 każ ġdid ta' COVID-19 biex issa l-għadd tal-każi l-ġodda tela' għal 171.

Skont l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa:

  • Il-maġġoranza tal-każi kienu kuntatti ta' persuni oħra li fl-aħħar jiem irriżultaw pożittiv
  • Il-maġġoranza tal-pazjenti l-ġodda għandhom inqas minn 35 sena
  • Żewġ każi huma importati
  • Każ wieħed huwa ta' persuna li għandha 'l fuq minn 80 sena
  • Tliet każi huma ta' immigranti li kienu fi kwarantina

More in Politika