L-awtoritajiet tas-saħħa Irlandiżi jwissu li jneħħu lil Malta mill-lista l-ħadra

L-awtoritajiet Irlandiżi jwissu fuq in-numri jiżdiedu tal-Covid-19 f'Malta, inkluż tal-immigranti li qed jaslu pajjiżna bil-virus

Il-Kap Mediku Irlandiż qed iwissi illi hemm ċans li Malta titneħħa mil-lista l-ħadra ta' pajjiżi siguri u dan hekk kif il-pajjiż qed ikompli jirreġistra żidiet fin-numri ta' pazjenti bil-Covid-19  - imbuttati mhux ftit mid-dħul ta' immigranti f'pajjiżna.  Mill-bidu tal-ġimgħa Malta daħħlet 127 immigrant, li 85 minnhom irriżultaw fil-pożittiv għall-virus. 

Rapport fuq The Independent tal-Irlanda qal illi r-rata ta' Malta hija ogħla minn dik tal-Irlanda b'6.9 għal kull 100,000 persuna. 

Il-lista li tgħid lill-Irlandiżi fejn jistgħu jsiefru mingħajr ma joqgħodu kwarantina tinbidel kull ġimagħtejn.  Ir-rapport jagħmel referenza għall-65 immigrant li daħlu Malta u jfakkru li dan huwa l-akbar grupp ta' nies b'covid-19 li qatt kellu pajjiżna. 

L-istess rapport jgħid li mhuwiex probabbli li l-Irlanda tinkludi żoni fi Spanja li għandhom livelli baxxi ta' Covid-19 u dan hekk kif ir-rata fi Spanja hija ta' 49.2 għal kull 100,000 persuna. 

Fl-Irlanda kienu rreġistrati 14-il każ ġdid ta' Covid u l-ebda mewt.  It-total ta' każi ta' Covid-19 fl-Irlanda huwa ta' 25,942 li minnhom irriżultaw 1,764.

More in Politika