Robert Abela huwa fdat ħames darbiet aktar minn Delia u anke minn Comodini Cachia

Kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali llum 47.8% jivvotaw lill-Partit Laburista u 20.8% biss jgħidu li jivvutaw PN - distakk ta' 27% jew 72,000 vot

Robert Abela, jieħu ritratti man-nies fil-pjazza quddiem il-Palazz tal-President
Robert Abela, jieħu ritratti man-nies fil-pjazza quddiem il-Palazz tal-President

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat ħames darbiet aktar minn kemm Adrian Delia u anke minn Therese Comodini Cachia, il-persuna proposta mid-Deputati ribelli bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni.  Fl-aħħar sondaġġ ippubblikat fuq il-gazzetta Maltatoday il-parteċipatni kienu mistoqsijin lil min jafdaw, hux lil Robert Abela jew inkella lil Adrian Delia, b'57.7% iwieġbu Abela u 13.2% biss jgħidu li jafdaw lil Delia.  Minn naħa l-oħra il-parteċipanti kienu mistoqsijin lil min jafdaw, jekk hux lil Robert Abela jew inkella lil Therse Comodini Cachia b'13.2% jgħidu li jafdaw lil Comodini Cachia u 58.4% lil Abela.

Dawn ir-riżultati tajbin ħafna f'dan is-sondaġġ għal Robert Abela huma grazzi għal żewġ fatturi:  L-ewwelnett il-fiduċja kważi assoluta fil-Mexxej Laburista fost dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017, imma wkoll settur ta' Nazzjonalisti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017 iżda li għandhom aktar fiduċja f'Abela milli f'Delia jew Comodini Cachia. 

Minn naħa l-oħra anke fost in-Nazzjonalisti l-fiduċja lejn Delia u lejn Comodini Cachia mhix wisq differenti, b'Comodini Cachia tgawdi fiduċja ħafna akbar f'Għawdex.

Dan is-sondaġġ juri wkoll żieda ta' bejn 3% u 4% fil-fiduċja lejn Abela mill-aħħar sondaġġ li sar u juri lil Delia jonqos b'4%.

L-istess sondaġġ juri illi kieku kellha ssir elezzjoni bħalissa l-PL jirbaħ b'47.8% filwaqt li l-PN jikseb biss 20.8% - differenza ta' 27% jew 72,000 vot favur il-Labour.

More in Politika