Delia jisħaq li issa jmiss li l-Prim Ministru jkeċċi lil Joseph Muscat

Ilbieraħ, il-Prim Ministru kkritika lil Joseph Muscat għax fi kliemu żbalja meta ma keċċix lil Mizzi u lil Schembru fl-2016

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, l-għada li Konrad Mizzi tkeċċa mill-Partit Laburista, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia insista li l-Prim Ministru issa jeħtieġ ineħħi lil Joseph Muscat. Fi kliemu, jekk se jibqa' jiddefendih, se kun qed jagħmel ħsara lill-pajjiżna.

Fuq Facebook, il-Kap Nazzjonalista saħaq li Robert Abela jrid iħoll lill-pajjiżna mill-kuntratt li jorbot il-pajjiż li jħallas 100 miljun jekk Vitals/Steward ifallu, kuntratt li ffirma Konrad Mizzi.

Appella li Abela jeħtieġ iħoll lill-pajjiż ukoll mill-kuntratt li jħalli l-Electrogas "tisraq lil poplu miljuni minn fuq il-kontijiet tad-dawl u l ilma fis-sena."

"Irid iġib lura l-miljuni misruqa fl-iskandlu Montenegro. Issa hemm bżonn jipi investigat kull kuntratt li ħadem fuqu u jaċċerta li jħallas għal għemilu u jroddulna flusna lura," insista Delia.

Ilbieraħ, il-Prim Ministru kkritika lil Joseph Muscat għax fi kliemu żbalja meta ma keċċix lil Mizzi u lil Schembru fl-2016, meta feġġ l-iskandlu tal-Panama.

More in Politika