Jitlaqqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista llejla ... Konrad Mizzi fuq l-aġenda

Il-Partit Laburista jlaqqa' l-Eżekuttiv biex ikun diskuss Konrad Mizzi u t-talba tal-Prim Ministru biex dan ma jibqax fil-Grupp Parlamentari

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista
Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

L-Eżekuttiv tal-Partit Laburista se jkun qed jitlaqqa' dalwaqt illejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u fuq l-aġenda se jkun hemm l-eks Ministru Konrad Mizzi u t-talba tal-Prim Ministru biex dan jitlaq minn Deputat Laburista. 

L-eks Miniustru Mizzi ma laqax it-talba tal-PM u qal li hu mhux se jirriżenja għax ma għamel xejn ħażin fil-ftehim tal-Montenegro. 

(Dawn id-dettalji se jkomplu jkunu aġġornati mal-ħin)

X'ħareġ il-ġimgħa l-oħra dar il-Wind Farm fil-Montenegro?

Konrad Mizzi kien Ministru tal-Enerġija meta sar il-ftehim għal Wind Farm fil-Montenegro.  Nhar il-Ġimgħa kien żvelat kif  ilbieraħ kien żvealt kif Yorgen Fenech allegatament għamel profitt ta' €4.6 miljun permezz tal-kumpanija tiegħu reġistrata d-Dubaj, 17 Black, mid-deċiżjoni tal-Enemalta li tixtri wind farm fil-Montenegro. 

Kienet il-kumpanija Cifidex li biegħet l-ishma tal-wind farm bi prezz ta' €10.3 miljuni lill-Enemalta u li allegatament xtrat ġimagħtejn qabel biss minn Fersa Renovables - Konsorzju Spanjol  - għal €2.9 miljun, differenza ta' €7.4 miljuni.  €4.6 miljun minnhom huwa allegat li baqgħu f'17 Black bħala profitt għal Yorgen Fenech.  Din l-informazzjoni ħarġet dalgħodu minn investigazzjoni li saret minn Reuters u The Times of Malta, bl-istess rappurtaġġ jgħid illi €3 miljuni kienu trasferiti minn 17 Black għal għand Cidifex. Jiġifieri l-flus ta' Cidifex  biex tixtri l-Wind Farm kienu ġejjin minn Yorgen Fenech.

Cidifex hija kumpanija reġistrata fil-gżejjer tas-Seychelles.

Il-kumpanija 17 Black kienet żvelata bħala target client tal-kumpaniji Tillgate u Hearnville, kumpaniji fil-Panama miftuħin minn Keith Schembri u Konrad Mizzi rispettivament.  L-istess Reuters u The Times bħala Daphne Project, kienu irrappurtaw kif  - allegatament - kienu għaddew mal-$1.4 miljun minn Rufat Baratzada - security f'sit ta' kostruzzjoni fl-Ażerbajġan - lejn 17 Black, filwaqt li allegatament għaddew ukoll $200,000 għal 17 Black mill-aġent tat-tanker tal-gass f'Delimara, xi ħaġa li dan ċaħad.

Meta Carauna Galizia kienet bdiet tindika li għandha informazzjoni dwar 17 Black, din il-kumpanija biddlet isimha għal Wings Development.

Minkejja dan sa issa m'hemm ebda prova li dawn il-flus kienu laħqu għaddew f'Hearnville u Tillgate u lanqas hu magħruf iżda x'sar minn dawn l-€4.6 miljun.  Noor Bank kien għalaq il-kontijiet ta' 17 Black u  $1.6 miljun lil Yorgen Fenech għax ħadd ma talab l-iffriżar ta' dawn il-flus, kien qal il-Kap tal-FIU tal-UAE..

L-eks Ministru ċaħad illi hu qatt wettaq l-akkużi u ħeġġeġ lill-Enemalta tippubblika id-dokumenti kollha f'dan ir-rigward. 

More in Politika