L-ebda awtorità f'Malta ma talbet għall-iffriżar ta' $1.6 miljun f'kontijiet ta' 17 Black fid-Dubaj

Noor Bank jagħlaq il-kontijiet ta' 17 Black u jgħaddi $1.6 miljun lil Yorgen Fenech għax ħadd ma talab l-iffriżar ta' dawn il-flus, jgħid il-Kap tal-FIU tal-UAE

Yorgen Fenech imdawwar bil-ġurnalisti
Yorgen Fenech imdawwar bil-ġurnalisti

Noor Bank, il-bank fid-Dubaj li fih kienu inkorporati l-kontijiet tal-kumpanija ta' Yorgen Fenech 17 Black, għalaq dawn il-kontijiet għax ħass illi Fenech kien klijent ta' riskju għoli. Il-bank għadda $1.6 miljun lil Yorgen Fenech, liema flus tpoġġew fuq ċekk iddattat April 23, 2019. 

Fil-fatt it-total ta' flus f'dawn il-kontijiet kien ilaħħaq total ta' 6 miljun Dirham tal-Emirati, li jiġu $1.66 miljun. (Reuters qed jikkwotawha bħala $1.7 miljun).

Dan iċ-ċekk sa issa ma kien depożitat fl-ebda bank ieħor. 

Dan żvelah artiklu fuq is-sit elettroniku ta' Reuters f'artiklu ppubblikat illum

F'kuntatt telefoniku l-Aġent Kap tal-Unit tal-Intelliġenza Finanzjarja (FIU) tal-Emirati Għarab Magħquda Ali Faisal Ba'Alawi sostna illi l-flus kienu rrilaxxati għax ma kien hemm ebda ordni ta' friżar mill-ebda awtorità, lanqas minn Malta. 

Hu qal illi kieku jkun hemm it-talba f'dan l-istadju għall-iffriżar dawn il-flus xorta jkunu jistgħu jiġu mblukkati. 

"Nista' nikkonferma li ċ-ċekkijiet ma kinux ddepożitati ", qal wara li ntwera' ċ-ċekkijiet minn Reuters. 

Fenech qed ikun akkużat illi huwa l-mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u huwa sid il-kumpanija 17 Black, target client tal-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. F'din il-kumpanija kienu

 

More in Politika