Jumejn fuq xulxin bla każi ġodda ta' COVID-19; Fl-aħħar 24 siegħa saru 927 test

L-għadd tal-każi attivi 38 każ

Għall-ewwel darba minn meta feġġ l-ewwel każ ta' COVID-19 f'Malta, għal jumejn konsekuttivi Malta ma rreġistrat l-ebda każ ġdid ta' COVID-19.

Fil-fatt, minkejja li saru 927 test matul il-ġurnata tat-Tnejn, Malta reġgħet ma rreġistrat l-ebda każ ġdid, filwaqt li persuna oħra fieqet.

Dan ifisser li issa l-każi attivi f'Malta huma 38.

More in Politika