Saviour Balzan jiċħad dak li allega dwaru Keith Schembri

Keith Schembri xehed illum fil-kumpilazzjoni tal-evidenza ta' Yorgen Fenech

L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday, Saviour Balzan, ċaħad kategorikament li kien jaf minn qabel bir-rejd li kellu jsir fuq it-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Balzan ħareġ din l-istqarrija wara li Keith Schembri, meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, qal li MaltaToday kienet infurmata minn qabel dwar ir-rejd.

Il-ġurnalist kompla jisħaq li l-uniku konverżazzjonijiet li saru dwar il-każ, ma' diversi individwi, inkluż ma' Schembri nnifsu, seħħew wara li sar ir-rejd bil-għan li tinġabar aktar informazzjoni dettaljata dwar l-investigazzjoni.

 

More in Politika