Il-PN jiċħad li Yorgen Fenech tah flus biex jevita li jerġa' jkun elett David Casa

Il-Partit saħaq li qatt ma rċieva flus jew kien offrut xi pagament biex itellef l-elezzjoni tal-kandidati tiegħu għall-Parlament Ewropew jew elezzjonijiet oħra

Il-Partit Nazzjonalista qed jiċħad allegazzjonijiet li Yorgen Fenech offra lill-Partit somma biex David Casa ma jerġax ikun elett bħala Ewroparlamentari.

Il-Partit saħaq li qatt ma rċieva flus jew kien offrut xi pagament biex itellef l-elezzjoni tal-kandidati tiegħu għall-Parlament Ewropew jew elezzjonijiet oħra.

L-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, qal lill-inkjesta pubblika li qed issir dwar l-assassinju, li Yorgen Fenech kien offra flus lill-Partit Nazzjonalista bil-għan li David Casa ma jkunx elett mill-ġdid.

Skont Theuma, Yorgen Fenech qallu li David Casa kien qed jippunta subajgħ lejh għal 17 Black.

Fi stqarrija l-Erbgħa filgħaxija, il-Partit Nazzjonalista insista li qed jiċħad dawn l-allegazzjonijiet u hekk se jibqa’ jagħmel

More in Politika