Il-Gvern ħabbar li lest isellfek l-10% depożitu fuq l-ewwel proprjetà. Int eliġibbli?

Il-Gvern iħabbar skema li permezz tagħha jidħol għall-10% depożitu fuq l-ewwel proprjetà, li ħafna ma jifilħux iħallsu.  Imma kif se taħdem?

Ibieraħ il-Gvern ħabbar skema illi permezz tagħha se jgħin lil eluf ta' nies li ma jistgħux jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom minħabba li ma jistgħux joħorġu l-ewwel 10% f'depożitu

L-għan tal-Iskema huwa li tgħin first time buyers li għandhom taħt l-40 sena, li minkejja li huma eliġibbli għal self fuq djar, ma jkollhomx il-likwidità meħtieġa biex iħallsu d-depożitu meħtieġ ta' 10% fuq l-iffirmar tal-konvenju biex b'hekk isiru sidien ta' darhom. 

Din l-iskema, imsejħa Home Deposit Scheme tapplika għal persuni li għandhom bejn il-21 u 39 sena uli beħsiebhom jixtru l-ewwel proprjetà residenzjali tagħhom. Skema li se tkun qegħda titħaddem flimkien mal-bank APS u l-bank BOV.

Kif se taħdem l-iskema?

⦁ Għal dawk eliġibbli, l-Gvern se jkun qiegħed iħallsilhom, b’self, id-depożitu tal-10% biex ikunu jistgħu jixtru proprjetà li l-valur tagħha ma jeċċediex il-€175,000;
⦁ Bl-ammont massimu li se jkun qiegħed joħroġ il-Gvern huwa €17,500;
⦁ L-interessi fuq dan is-self ta’ 10% se jkunu qegħdin jitħallsu mill-Gvern;
⦁ L-applikant irid iħallas dan is-self lura fuq mhedda ta’ 25 sena, madanakollu, l-Gvern se jinċentiva lil dawk li jħallsu lura s-self fl-ewwel ħames snin jew bejn il-ħames u l-għaxar sena mid-data tas-self

L-applikant irid ikollu dħul annwu aggregat bażi tas-sena preċedenti tad-data tal-applikazzjoni u assi li ma jkunux jeċċedu l-ammonti kif indikat hawnhekk:

Persuna Waħedha -  21 sa 30 sena  - Bejn €19,000  - €25,000
Persuna Waħedha  - 31 sa 39 sena -  Bejn €25,000  - €35,000
Koppja -  21 sa 39 sena  - Bejn €19,000  - €35,000

Għal aktar informazzjoni, dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Awtorità tad-Djar billi jibgħatu e-mail fuq [email protected] jew iċemplu fuq 22 991 120 jew 79646064.

 

 

More in Politika