Malta u l-Libja jaqblu li jitwaqqfu żewġ ċentri li jaħdmu kontra t-traffikar uman

Dan waqt żjara li l--Prim Ministru Robert Abela kellu fil-Libja

Malta u l-Libja ffirmaw Memorandum of Understanding li jistabilixxi t-twaqqif ta’ żewġ ċentri koordinati li jiġġieldu kontra t-traffikar uman u li mistennija jibdew jiffunzjonaw fil-ġimgħat li ġejjin.

Dan il-ftehim ġie ffirmat waqt żjara qasira li għamel il-Prim Ministru Robert Abela fl-Libja fejn kellu laqgħa mal-Prim Ministru Libjan Fayez al-Sarray.

Waqt il-laqgħa ġiet diskussa l-isfida tal-immigrazzjoni u l-impatt li din qed ikollha kemm fuq Malta u anke fuq il-Libja.

Abela tenna l-pożizzjoni ta’ Malta li t-traffikar uman jeħtieġ li jieqaf waqt li fakkar li Malta ilha żmien terfa’ ħafna mill-piż.

Skont Fayez al-Sarraj, madwar 800,000 immigrant li waslu minn pajjiżi oħra jinsabu bħalissa fil-Libja waqt li saħaq li hemm bżonn pjan ċar u olistiku.

Iż-żewġ mexxejja qablu li jsaħħlu l-koperazzjoni tagħhom biex jassiguraw li ħadd ma jmut fil-Mediterran.

Abela fakkar li r-riżorsi ta’ Malta huma limitati u ma tistax tagħmel dan kollu waħedha u għalhekk se tkompli taħdem mal-pajjiżi l-oħra Ewropej bil-għan li fil-Mediterran ikun hemm l-appoġġ kollu neċessarju.

Insista li huwa ċar li s-soluzzjoni għandha tkun waħda konkreta mal-kosta Libjana.

Apparti ċ-ċentri, il-ftehim ukoll jistipula li Malta għandha tagħti l-appoġġ kollu tagħha lil-Libja bil-għan li l-Unjoni Ewropea tassistiha finanzjarmanet

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru Evarist Bartolo u anke mill-Ministru Byron Camilleri.

More in Politika