Il-Kunsilli Lokali se jkunu eliġibbli għal finanzjament sħiħ fuq proġetti ambjentali

Il-Ministru Aaron Farrugia jħabbar riforma ambjenrtali fid-Development Planning Fund

Il-Ministru Aaron Farrugia waqt il-konferenza
Il-Ministru Aaron Farrugia waqt il-konferenza

Se tkun qed issir riforma ambjentali fid-Development Planning Fund (DPF) se twassal għall-iżvilupp ta’ aktar proġetti ambjentali fil-lokalitajiet tagħna, ħabbar il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia.  Waħda minn dan il-proposti se tkun li għall-ewwel darba proġetti ambjentali fuq l-art u fil-baħar f’żoni urbani ser ikunu eliġibbli għal finanzjament ta’ 100%, minflok li l-kunsill lokali jrid joħroġ 30% mill-ħlas tal-proġett.  Apparti minn hekk, biex ikunu mħeġġa jagħmlu ħitan vertikali ħodor biex b'hekk jissebħu żoni urbani, il-Gvern se joħroġ skema li permezz tagħha se joħroġ 105% tal-ispejjeż.

Inizzjattivi ioħrajn se jkunu dawn:  Ghall-ewwel darba l-kunsilli lokali se jkollhom is-sigurtà tal-allokazzjoni finanzjarja għall-progett tagħhom;  Għall-ewwel darba NGOs u benefiċarji oħrajn li mhumiex kunsilli lokali se jkollhom 20% tal-fondi kollha fl-iskema allokati direttament għalihom;  Il-persentaġġ ta’ finanzjament ser ikun qed jiżdied oltre mill-arranġamenti kurrenti f’każi li jkun hemm partnerships; Il-finanzjament għal proġett immirati għal persuni b’diżabbiltà se jiżdied b’10%; Kull kunsill lokali ser jiżdiedlu l-limitu massimu minn €5 miljuni għal €7 miljuni sabiex itaffi l-effetti tal-iżvilupp urban f’dawn il-lokalitajiet u jippromwovi l-iżvilupp ta’ infrastruttura ambjentali u finalment l-inizjattiva ‘Sebbaħ il-Lokal’ ser tiġi estiża minn April 2020 għal Diċembru 2022.

“Dawn il-bidliet huma parti minn reviżjoni olistika lejn il-kunċett ta’ ppjanar intelliġenti u viżjoni ambjentali għal-lokalitajiet tagħna”, temm jgħid il-Ministru Farrugia. 

More in Politika