Il-Parlament Ewropew jappella għal €2 triljuni għall-irkupru Ewropew mill-kriżi Covid-19

Il-Parlament Ewropew jgħaddi riżoluzzjoni b'talba għal għajnuna triljunarja għall-pajjiżi tal-UE

Il-Parlament Ewropew qed jinsisti li l-“fond ta’ rkupru u ta’ trasformazzjoni” l-ġdid għandu jkun ta’ €2 triljuni, jiġi ffinanzjat “permezz tal-ħruġ ta’ bonds ta’ rkupru b’data ta’ skadenza twila” u jkun “distribwit permezz ta’ self u, l-aktar, permezz ta’ għotjiet, pagamenti diretti għall-investiment u l-ekwità.” 

B'vot ta' 505 favur, 119 kontra u 69 astensjoni r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tużax “multiplikaturi dubjużi biex jirreklamaw ċifri ambizzjużi”, u biex ma tużax “kreattivita finanzjarja”, hekk kif il-kredibbiltà tal-UE hija fil-periklu.

“Iċ-ċittadini Ewropej għandhom ikunu fil-qalba tal-istrateġija ta’ rkupru”, enfasizzaw il-MPE, filwaqt li żiedu li l-Parlament se jibqa’ determinat biex jiddefendi l-interessi taċ-ċittadini. L-isforzi ta’ rkupru għandu jkollhom dimensjoni soċjali b’saħħitha, li tindirizza l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi u l-ħtiġijiet ta’ dawk l-aktar milquta mill-kriżi.

 

More in Politika