Fit-72 siegħa li ġejjin l-PM mistenni jħabbar aktar negozji li se jkunu jistgħu jiftħu

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tħabbar dan waqt Webinar għal dawk kollha li għandhom sehem fl-industrija turistika

Sorsi nfurmati mill-Industrija turistika infurmaw lil dan is-sit illi l-Ministru Julia Farrugia Portelli kkomunikat mal-industrija waqt webinar organizzat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li sar dalgħodu, li fis-72 siegħa li ġejjin il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed iħabbar dawk is-setturi fl-ekonomija li se jkunu jistgħu jiftħu, inkluż fit-turiżmu.

Jidher li l-industrija din id-darba se jkollha ċans tipprepara għal dawn il-miżuri b'linji gwida ċari hekk kif se jkun hemm perjodu illi fih dawn ikunu jistgħu jippreparaw il-ftuħ mill-ġdid tan-negozju tagħhom. 

L-ewwel grupp ta' negozji li fetħu kienu dawk tal-ħwejjeġ, fost oħrajn, ġimgħa u nofs ilu.  Dakinhar kien intqal mill-Prim Ministru Robert Abela illi skont ir-riżultati u n-numri ta' infezzjonijiet ta' Covid-19 jinfeħu aktar negozji.  Huwa mifhum li hemm ħafna pressjoni mill-industrija turistika u tad-divertiment biex ikun hemm xi forma ta' ftuħ mill-ġdid ta' industrija staġnata għal dawn l-aħħar 10 ġimgħat.

Għalkemm għadu mhux ċar liema negozji se jkunu qed jiftħu huwa mifhum li se jkun hemm linji gwida u protokolli dwar kif dawk li se jiftħu jistgħu joperaw.f'rispett lejn ir--regoli tal-iddistanzjar soċjali. 

Il-messaġġ li kitbet il-Ministru għa-Turiżmu Julia Farrugia Portelli
Il-messaġġ li kitbet il-Ministru għa-Turiżmu Julia Farrugia Portelli
Il-Ministru Julia Farrugia Portelli
Il-Ministru Julia Farrugia Portelli

 

 

More in Politika