Tnaqqis qawwi ta' 56.5% fit-turiżmu f'Marzu u tnaqqis ta' kważi 63% fin-nefqa

L-effetti ħżiena ħafna tal-Covid-19 fuq it-turiżmu jibdew jidhru wkoll fiċ-ċifri tal-NSO

It-total ta' turisti li ġew pajjiżna f'Marzu kien ta 75,157 jew tnaqqis qawwi ta' 56.5% meta mqabbel ma' Marzu tal-2019  - f'dak li jidher illi huwa l-effett dirett tal-Covid-19 fuq din l-industrija f'pajjiżna.  It-turiżmu huwa meqjus bħala l-akbar industirja f'pajjiżna li tħaddem eluf direttament u eluf oħra indirettament. 

Minn dawn, 68,834 ġew Malta fuq vaganza filwaqt li 5,360 ġew Malta fuq xogħol. 

Iċ-ċifri, maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, juru il-maġġoranza ta' dawk li ġew pajjiżna f'dan ix-xahar kienu żgħażagħ u dawk ta età medja - bit-turisti mir-Renju Unit jibqgħu l-aktar li ġew pajjiżna b'sehem ta' 31.2% tat-total ta' turisti.

It-total ta' ljieli naqsu b'60% ikkumparat ma' Marzu tas-sena l-oħra kif ukoll b'€43.6 miljun in-nefqa naqset b'62.6%

More in Politika