Filmat | Il-PM Abela jgħid illi Muscat mhu se jitħallas xejn żejjed għall-pariri ekonomiċi

Il-PM jgħid illi l-eks PM Muscat se jingħata l-onorarja Parlamentari bħal kull Deputat ieħor

Il-PM Robert Abela
Il-PM Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela qal illi l-eks PM Joseph Muscat mhux se jkun qed jitħallas żejjed għall-fatt li qed jagħti pariri ekonomiċi lill-Gvern.  Dan is-sit irrapporta dwar din l-istorja lbieraħ li kienet tgħid illi Muscat qed jifforma parti minn tim ta' nies li qed jipproponu miżuri ekonomiċi sabiex l-ekonomija terġa tqum fuq saqajha wara l-kriżi tal-pandemija Covid-19.

Muscat deher ħiereġ minn Kastilja nhar it-Tnejn filgħaxija bil-midja tal-Partit Nazzjonalista tgħid illi din kienet "laqgħa sigrieta" bejn il-Prim Minstru Abela u Muscat.

F'kummenti lill-Maltatoday il-PM ċaħad illi Muscat se jitħallas żejjed għal dawn il-pariri ekonomiċi u qal li dan se jingħata biss l-onorarja parlamentari normali. 

More in Politika