Każ wieħed biss ta' Covid-19 fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far fl-aħħar 24 siegħa
Twissijiet ċari mis-Supretendent kontra nuqqas ta' kawtela

More in Politika
Twissijiet ċari mis-Supretendent kontra nuqqas ta' kawtela
Is-supretendent ts-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret illi fl-aħħar 24 siegħa minn 944 test li saru rriżulta każ wieħed biss ġdid ta' Covid-19, li huwa każ ta' resident fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far. Dan ifisser li f'dan iċ-ċentru sa issa kien hemm 50 każ attiv. Hija qalet ukoll iżda li aktar persuni f'dan iċ-ċentru qed joħorġu mill-kwarantina.
B'kollox sal-lum Malta kellha 468 każ attiv b'379 każ ta' nies li fiequ mill-virus għal total ta' 85 każ attiv u erba' persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom.
Gauci wissiet li għalkemm hemm każ wieħed biss il-virus xorta għadu fil-komunità b'persuni li jkollhom il-virus u ma jkollhomx sintomi, għalhekk appellat biex kulħadd iżomm mar-regoli ta ddistanzjar soċjali.
Semmiet il-miżuri mħabbrin ilbieraħ u l-kundizzjonijiet li bihom se jinfetħu ħwiienet, fosthom li hemm limitu ta' nies li jistgħu jidħlu. Fakkret ukoll li issa l-ilbies tal-maskre se jsir obbligatorju.
"Jekk se nibdew niltaqgħu ma ħafna nies oħrajn se nitilfu dak kollu li għamilna sa issa. Mela ejja nuru kawtela," appellat Gauci. "ir-riskju li jerġa jinfirex il-virus qiegħed hemmhekk, allura l-istat ta' emerġenza medika jibqa' jgħodd."
X'se jiġri minn nhar it-Tnejn?
Ir-rilaxxament tal-miżuri huma hekk: Minn nhar it-Tnejn se jerġgħu jinfetħu u jibdew xi servizzi tas-saħħa li twaqqfu, fosthom il-kliniċi kollha se jerġgħu jibdew jagħtu t-tilqim lit-tfal, se jerġa jibda l-iscreening tal-utru, imbagħad jiżdiedu l-iscreening ta' aktar tipi ta' kanċer. Se tiżdied l-attività fl-isptar Mater Dei, fosthom l-Endoskopiji, se jiżdiedu l-appuntamenti għall-ultra sounds u se jerġgħu jibdew joperaw aktar servizzi fid-dipartiment tal-kardjoloġija.
Dawk il-ħwienet li jistgħu jiftħu minn nhar it-Tnejn huma dawk tal-ħwejjeġ u ħwejjeġ sportivi, aċċessorji, ħwienet tal-lottu, VRT, ġojjellerija, ħwienet tan-nuċċalijiet, ħwienet tal-għamara, shopping malls, ħwienet tal-fjuri, tal-passatempi, taż-żraben u dawk tal-ġugarelli. Ħwienet oħra ma jistgħux jiftħu għalissa. Kien imħabbar ukoll li li kull ħaddiem li jaħdem f'dawn il-ħwienet u kull min jidħol fihom huwa obbligat li jilbes maskra.
Dan apparti li gruppi ta' nies flimkien issa se jitla' għal erbgħa minn nies u mhux iktar. Gruppi ta' aktar jistgħu jaqilgħu multi imposti skont il-liġi.
Miżura oħra se tkun ir-rilassament ta' vjaġġar bejn Malta u Għawdex taħt kontrolli ta' ddistanzjar soċjali.