Għada l-gazzetta ILLUM se tkun kważi kollha ddedikata għall-coronvirus. Se nagħtu ħarsa lejn in-nurmi, ċifri, fatti u appelli. Ħarsa wkoll lejn dak li nafu dwar it-18-il każ li seħħew sa issa f'pajjiżna.
Il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd se tippubblika sondaġġ dwar it-tħassib tal-poplu hekk kif faqqgħet il-coronavirus f'Malta. L-ILLUM tkellmet ukoll ma' erba persuni mit-turiżmu - Andrew Agius Muscat, Joe Muscat, James Perry u Philip Fenech - dwar il-qagħda fit-turiżmu.
Intervista ma' Paul Pace li jirrispondi dwar l-infermiera u dwar il-Covid-19
Infakkru min huma dawk l-aktar f'riskju u opinjonijiet u editorjal dwar dan is-suġġett.