L-arloġġ Bvlgari ta’ €20,000 li ngħata lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat lil Yorgen Fenech jinsab fl-uffiċċju tal-Kabinett.
Dan jirriżulta mil-lista ta’ rigali li qala’ Muscat u li ġiet ippubblikata lbieraħ fil-Parlament mill-Prim Ministru Robert Abela.
Il-lista tispjega kif dan l-arloġġ ingħata lil Muscat f’Diċembru tal-2014.
Kien id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li talab il-publikazzjoni tal-lista sħiħa tar-rigali li Muscat qala’ bejn l-2013 u t-13 ta’ Jannar 2020, il-ġurnata li rriżenja.
Uħud mir-rigali la għandhom data u lanqas informazzjoni dwar mingħand min dawn ingħataw.
Il-famużi tliet fliexken inbid Petrus ukoll jinsabu mniżżla mal-lista iżda din ma tgħidx li dawn ingħataw lil Yorgen Fenech.
L-inbid jinsab fil-librerija tal-palazz tal-Girgenti.
Id-dati mniżżla fuq dawn il-fliexken huma 2007 u l-1974, jiġifieri s-sena li fiha twieldu t-tewmin ta’ Muscat u s-sena li fiha twieled l-eks Prim Ministru.
Muscat kien ingħata wkoll pjanu li jinsab f’Villa Francia.
Aqra hawn il-lista sħiġa tar-rigali billi tniżżel dan il-file: