Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli talbet biex ikunu eżaminati l-kuntratti kollha li ngħataw mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-aħħar xhur.
Farrugia Portelli saħqet li dawn il-kuntratti se jkunu eżaminati biex ikun assigurat li huma validi.
Il-Ministru ħadet dan fid-dawl tal-kontroversja li qamet fl-aħħar jiem meta ġie żvelat li ħmistax wara li rriżenja minn Ministru, Konrad Mizzi ngħata kuntratt ta’ konsulenza mal-MTA u kien se jaqla’ €80,000.
Dan il-kuntratt twaqqaf.
Farrugia Portelli qalet dan waqt li kienet qed titkellem wara konferenza tal-aħbarijiet dwar l-espansjoni tat-terminat tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Saħqet li wara li jintemm il-proċess, ikun imiss lilha biex tieħu d-deċiżjonijiet fejn ikun hemm bżonn.
Mistoqsija jekk Mizzi hux se jkun qed jikkontesta d-deċiżjoni li ttieħdet dwar il-kuntratt tiegħu, Farrugia Portelli saħqet li kulħadd huwa liberu li jieħu l-passi legali li jħoss li hemm bżonn.
Qalet biss li kien hemm raġunijiet legali u etiċi għaliex kien itterminat dan il-kuntratt.