Il-kuntratt ta' Konrad Mizzi mal-MTA tterminat mill-Gvern b'effett immedjat

Il-Ministeru għat-Turiżmu jittermina l-kuntratt ta' Konrad Mizzi mal-MTA

Fi stqarrija ntqal illi wara li l-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ħadet parir legali fuq il-kuntratt li ngħata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu lill-eks Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi f’Diċembru 2019, ingħataw struzzjonijiet lill-Awtorità biex dan il-kuntratt jiġi terminat u mħassar b’effett immedjat.

F’dan l-istadju l-Ministeru jista’ jikkonferma li qatt ma saru ħlasijiet b’rabta ma’ dan il-kuntratt.

Il-Kuntratt Konrad Mizzi ħadu ġimagħtejn biss wara li rriżenja minn Ministru għat-Turiżmu u kien se jkollu ħlas ta' €6,700 fix-xahar. 

More in Politika