Il-Partit Nazzjonalista u l-FSMEPN jagħtu tislima għal David Meilak

David Meilak kien wieħed mill-fundaturi tas-Segretarjat tal-Intrapriżi Żgħar u Medji tal-PN (SIZM) kif ukoll kien Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Mosta f'isem il-PN

Fi stqarrija li ħarġu il-Forum tal-Intrapriżi Żgħar u Medji tal-Partit Nazzjonalista (FSMEPN) sellmu l-memorja ta' David Meilak, li miet illum it-Tnejn 27 ta' Jannar 2020. 

David Meilak kien wieħed mill-fundaturi tas-Segretarjat tal-Intrapriżi Żgħar u Medji tal-Partit Nazzjonalista (SIZM) kif ukoll kien Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Mosta f'isem il-Partit Nazzjonalista bejn l-1998 u l-2008 u darba oħra bejn l-2010 u l-2015.

Il-Partit Nazzjonalista u l-FSMEPN ikkonkludew it-tislima tagħhom billi qalu li "nagħtu il-kondoljanzi lill-familja, l-qraba u l-ħbieb kollha ta' David Meilak f'dan il-mument tant diffiċli."

More in Politika