Il-PM Robert Abela jidher li għada se jħabbar bidliet konsiderevoli fil-Kabinett

Minkejja l-kontinwità, kollox qed jindika li l-Prim Ministru se jagħmel bidliet konsiderevoli fil-Kabinett 

Il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru Robert Abela

Wara ġurnata laqgħat, uħud minnhom li għadhom għaddejjin, huwa pjuttost ċar li Robert Abela mistenni jħabbar bidliet konsiderevoli fil-Kabinett tiegħu għada. Bidliet konsiderevoli li jkomplu mal-katina ta' bidliet li diġa' wettaq, fosthom bil-ħatra ta' Chief of Staff li huwa policy maker u teknokartiku, kuntrarjament għal Keith Schembri kif ukoll it-tneħħija ta' Neville Gafa' minn Kastilja.

Minn dawk li kienu Kastilja u minn dak li qalu sorsi lill-illum.com.mt jidher issa aktar ċar li l-PM Abela se jkun qed iwettaq bidliet pjuttost konsiderevoli ta' Ministri li jitilfu parti mill-portafoll, jew inkella Segretarji Parlamentari li jsiru Ministri jew inkella Deputati li se jaqbżu mill-backbench għall-fillieri ta' quddiem. 

Jista' jkun ukoll, għalkemm dan ma kienx ikkonfermat b'ċertezza mis-sorsi ta' dan is-sit li xi Ministri jew Segretarji Parlamentari kurrenti ma jibqgħux fil-kariga. 

Hawn huwa x'se jiġri bi Chris Fearne u kif Stefan Zrinzo Azzopardi mistenni jsir Segretarju Parlamentari. 

More in Politika