Zrinzo Azzopardi jidher li se jidħol Kastilja ... id-Deputati tal-backbench imsejħin Kastilja

Ikomplu l-laqgħat ma' diversi Deputati, speċjalment dawk iktar żgħażagħ

Dan is-sit huwa infurmat li ld-Deputat Laburista u Kandidat fuq il-ħames distrett Stefan Zrinzo Azzopardi se jidħol fil-Kabinett bħala Segretarju Parlamentari. 

Għadu mhux ċar liema rwol se jaqdi fil-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela. Mistoqsi minn dan is-sit liema Segretarjat Parlamentari se jkollu Zrinzo Azzopardi ma weġibx.

Intant deħlin Kastilja kien hemm ukoll Rosianne Cutajar u Alex Muscat it-tnejn Deputati żgħażagħ li baqgħu 'l bogħod mill-kontroversja. Cutajar kienet responsabbli mill-Att li jagħmel il-kremazzjoni legali, att li ntlaqa' b'mod pożittiv minn bosta u li dwaru sar ukoll proċess ta' konsultazzjoni. 

Anke Clayton Bartolo, kien imsejjaħ f'Kastilja. Bartolo kien wieħed mill-aktar Deputati li ħareġ għonqu għal Abela, speċjalment fl-attività tal-għeluq f'Raħal Ġdid. Hu spiċċa f'kontroversja fuq permess fil-Qala li hu vvota favurih bil-vot jibbażah fuq il-politika li biddel il-Gvern preżenti fl-ewwel leġiżlatura. 

Intant jidher li anke Fearne se jkun qed iżomm il-kariga li kellu bħala Ministru tas-Saħħa.

More in Politika