Neville Gafa' jirriżenja mill-kariga tiegħu f'Kastilja

Neville Gafa jirriżenja mill-kariga tiegħu f'Kastilja ftit biss wara li Abela jieħu l-ġurament ta' PM

Neville Gafa, fuq il-lemin
Neville Gafa, fuq il-lemin

Neville Gafa, li kien spiċċa f'kontroversji kbar minħabba mawriet il-Libja li qatt ma kienu spjegati sew u li kien jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, irriżenja fil-ħinijiet li għaddew.

Dan is-sit  jista' jiżvela li Gafa' rriżenja mill-kariga tiegħu f'Kastilja u mhux mistenni jibqa' f'kariga fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew jingħata impjieg mal-Gvern.

Gafa kien iffaċċja diversi akkużi ta' tixħim fuq visas mediċi ta' pazjenti Libjani. Hu dejjem baqa' jiċħad dawn l-akkużi u żamm postu f'Kastilja. 

Gafa kien wieħed minn nies li apertament kienu qed jappoġġjaw lil Robert Abela u jikkritikaw, anke jekk sottilment, lil Chris Fearne. 

Din ir-riżenja tiġi inqas minn 24 siegħa mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru. 

Ara hawnhekk laqgħat li Abela kellu ma' Fearne u l-preżenza ta' Jeffrey Pullicino Orlando f'Kastilja. 

 

 

 

More in Politika