Filmat | Jeffrey Pullicino Orlando f'Kastilja għal laqgħat

Jeffrey Pullicino Orlando f'laqgħat f'Kastilja

Jeffrey Pullicino Orlando
Jeffrey Pullicino Orlando

L-eks Deputat Nazzjonalista u Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija deher ħiereġ minn Kastilja dalgħodu f'jum ta' laqgħat li qed jagħmel il-Prim Ministru Robert Abela, biex jibni l-Kabinett tiegħu. 

Mistoqsi mill-ġurnalisti x'kien qed jagħmel Kastilja hu qal li mhux se joqgħod jiddiskuti x'ingħad mal-PM għalkemm indika li hu se jibqa' jżomm l-istess kariga li għandu llum. 

Intant bħalissa għaddejjin laqgħat u komunikazzjoni bejn Abela u Chris Fearne li deher dieħel u ħiereġ minn Kastilja darbtejn. 

More in Politika