Filmat | Claus Peter Reisch meħlus mill-akkużi dwar ir-reġistrazzjoni tal-vapur

Il-Qorti Kriminali tal-Appell biddlet id-deċiżjoni tal-ewwel Qorti u rrevokat ukoll il-multa ta' €10,000

Il-Qorti Kriminali tal-Appell waqqgħet l-akkużi kontra l-Kaptan tal-bastiment MV Lifeline li kien instab ħati b’rabta ma’ irregolaritajiet fir-reġistrazzjoni tal-vapur.

F’Mejju li għadda, Claus Peter Reisch kien instab ħati ta’ din l-akkuża u kien ordnat iħallas €10,000.

Reisch huwa l-kaptan tal-bastiment li fl-2018 kien salva 234 immigrant mill-Mediterran. Dan is-salvataġġ kien qajjem kwistjoni internazzjonali, partikolarment bejn Malta u l-Italja, sakemm il-bastiment kien tħalla jidħol Malta u l-immigranti mqassma f’għadd ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Il-kaptan kien ġie arrestat u akkużat li daħal fl-ibħra territorjali Maltin mingħajr ir-reġistrazzjoni neċessarja jew liċenzja. 

L-Avukati tal-kaptan kienu appellaw mis-sentenza waqt li argumentaw li l-bastiment kien irreġistrat fl-Olanda. 

More in Politika