Dalgħodu kompliet titla' x-xhieda fl-inkjesta pubblika miftuħa dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
Bħala xhieda diġa tela' Matthew Caruana Galizia li allega illi l-kumpanija Electrogas, li tagħha Yorgen Fenech kien Direttur u li bniet il-Power Station li qed tmexxi, hija vejjikolu għall-ħasil ta' flus.
Illum kien imiss omm Daphne Caruana Galizia, Rose Vella. Filwaqt li kienet qed tixhed qalet illi Daphne kienet wegħditha li se tmur għandha bir-rigal tal-birthday tagħha, qabel imbagħad ġiet assassinata.
Hija qalet li kienet tinkwieta għal bintha, speċjalment meta din kienet titlaq mingħandhom billejl.
Darba kienet għand it-tabib u l-persuna medika li kienet qed tieħu ħsiebha qal li probabilment dak li ġara huwa minħabba Daphne.
"Ma kontx naf li dan kien jaf li nigu minn xulxin," qalet Rose.
Meta kien qed jixhed missier Daphne, Michael Vella dan qal illi wara li bintu żvelat il-Panama Papers it-theddid eskala sew wara li kien diġa eskala meta John Rizzo ma baqax Kummissarju tal-Pulizija.
"L-unika appoġġ kien mill-ħafna qarrejja li kellha," jgħid missierha.