Il-Qorti tordna li tliet Ministri jkunu parti mill-inkjesta fuq il-kuntratt mal-VGH

Il-Qorti iddawwar deċiżjoni tal-Maġistrat Giovanni Grixti u tilqa' t-talba ta' Repubblika ...  tliet Ministri issa se jkunu parti minn inkjesta dwar il-bejgħ ta' tliet sptarijiet pubbliċi lill-VGH 

It-tliet Ministri li fuqhom Repubblika trid inkjesta
It-tliet Ministri li fuqhom Repubblika trid inkjesta

Il-Maġistrat Doreen Clarke aċċettat it-talba li saret mill-għaqda Repubblika biex tkun ordnata inkjesta fuq allegazzjonijiet illi l-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona kienu mdaħħlin f'atti dwar ħasil ta' flus u korruzzjoni b'rabta mal-bejgħ ta' tliet sptarijiet pubbliċi lill-Vitals Global Healthcare (VGH). 

Din id-deċiżjoni itbiddel oħra tal-Qorti Kriminali mmexxija mill-Maġistrat Giovanni Grixti li kien qal illi it-trasferiment ta' din il-proprjetà pubblika ma kienx ħaqqha tkun investigata għaliex "il-fatti miġjuba minn Repubblika huma kollezzjoni ta' opinjonijiet ġurnalistiċi, bloggs u opinjonijiet oħrajn li Repubblika amalgamat.

Illum iżda l-Maġistrat Clarke qalet illi ma tistax tiddeċiedi, f'dan l-istadju jekk l-argumenti tal-Ministri jagħmlux sens jew le, għaliex dan għandu jkun determinat mill-istess inkjesta. Tfakkar illi meta l-pulizija jistaqsu biex tinfetaħ inkjesta huwa minħabba suspett li sar dak l-att u mhumiex mistennijin jipprovdu x-xhieda kollha li turi għalfejn qed jitolbu li tinfetaħ inkjesta. 

Il-Maġistrat ordnat li t-tliet Ministri jkunu parti mill-inkjesta li qed issir mill-Maġistrat Vella u li qed tittratta t-tali kuntratt lill-VGH. 

Din il-kumpanija, li l-ultimate beneficiary owner taghha qatt ma kien magħruf, telqet mill-pajjiż wara li biegħet il-konċessjoni tagħha lil Steward Healthcare minħabba problema ta' finanzi. F'pajjiżna kienu rappreżentati minn Ram Tumuluri li kien diġa nstab ħati minn Qorti fil-Kanada illi kien seraq ammont ta' flus minn bookings ta' lukanda li kien imexxi.  . 

More in Politika