Aġġornata | Ivan Camilleri kkonfrontat minn sid ta' Supermarket dwar każ ta' serq

F'risposta fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Camilleri qal li nesa jgħaddi dawn l-affarijiet lill-kaxxiera

Il-ġurnalist tal-gazzetta The Times of Malta Ivan Camilleri spiċċa kkonfrontat min sid ta’ supermarket fin-Naxxar wara inċident ta’ serq mill-istess ħanut.
Skont il-gazzetta MaltaToday, il-tmexxija tal-ħanut indunat bl-inċident wara li evalwat il-kameras tas-sigurtà. Skont ir-rapport huwa seraq numru ta’ affarijiet għoljin.
Dan l-inċident kien ikkonfermat mal-gazzetta mis-sid tal-ħanut li minn naħa tiegħu għażel li ma jikkumentax dwar jekk Camilleri ħallasx għall-affarijiet misruqa.Jidher li l-inċident ġie żvelat biss lis-sid tal-ħanut wara li seħħ is-serq, kaġun t'hekk uffiċjal tal-kumpanija kkuntattja personalment lil Camilleri, b'dan tal-aħħar jammetti b'mod immedjat. 
Madanakollu f’kumment mal-gazzetta MaltaToday ċaħad dan l-inċident u qal li din l-istorja hi gidba u mimlija immaġinazzjoni.

Intant f’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook Camilleri nnega l-istorja u spjega li l-affarijiet ma ġewx misruqa. Huwa qal li nesa jgħaddi dawn l-affarijiet lill-kaxxiera u kif kien ħiereġ mill-ħanut twaqqaf mill-ħaddiema. Spjega wkoll li dak il-ħin stess ħallas għal dawn l-affarijiet. 

More in Politika