L-eks xufier ta' Dom Mintoff bi proċeduri fil-Qorti kontra l-Kummissarju tal-Pulizija

Kuntistabbli, eks xufier u eks membru tas-sigurtà ta' Dom Mintoff, mhux se jingħata midalja tas-servizz fil-Korp tal-Pulizija. Imma għalfejn? 

Kuntistabbli li kien ix-xufier uffiċjali u uffiċjal tas-sigurtà tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff fetaħ każ il-Qorti kontra l-Kummissarju tal-Pulizija illi fih qed jitolbu jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni biex hu ma jinagħtax il-midalja għal servizz twil u ta' distinzjoni fil-Korp tal-Pulizija. 

Il-Kuntistabbli, li huwa miż-Zurrieq għadda dan id-dokument dalgħodu, ftit qabel ma fil-fatt issir iċ-ċerimonja li fiha jingħataw dawn il-medalji. 

Dan l-premju jinagħta lil dawk il-pulizija li jkunu għamlu 18-il sena fil-Korp u tkun eliġibbli jekk, fosthom, ikollok kondotta nadifa. Fil-fatt dan il-pulizija kien involut f'inċident fl-2014 li baqa' mniżżel fil-kondotta tiegħu. Dakinhar kien laqat raġel fuq il-mutur bil-mera tal-karozza. Hu kien instab ħati. 

Huwa ddeskriva s-servizz li ta lill-Korp bħala wieħed 'impekkabbli' u wissa li lest jieħu aktar azzjoni legali. 

Il-Kuntistabbli spjega kif hu qatta ħafna snin fis-servizz ta' Mintoff u kien jaħdem bħala xufier sal-2012.

More in Politika