Għal darb'oħra, il-Gay Pride li qed issir din il-ġimgħa illi fiha jitfakkru l-kisbiet legali u soċjali ta' persuni LGBTIQ, wasslet biex grupp imsejjaħ Pro Malta Christiana jorganizza mument ta' talb u rużarju fil-Belt Valletta.
Dan minkejja li s-sena l-oħra din l-attivtà attirat folla mill-aktar fqira wara wkoll ħafna kritika fuq il-midja soċjali.
Fir-riklam ta' dan il-grupp, li jirxoxta fil-pubbliku għal xi gay pride u mhux meta iseħħ xi traġedja jew imutu numru ta' immigranti fl-ibħra madwarna, qed jingħad li dan it-talb se jsir 'għaż-żwieġ ibbażat fuq unjoni dejjiema bejn raġel u mara, għall-ħajja, għal Malta Kattolika."
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Gay Pride din is-sena jaħbtu wkoll mal-50 anniversarju minn meta seħħew l-irvellijiet ta' Stonewall, fi New York.
Ara hawnhekk editorjal tas-sit illum.com.mt dwar l-irvellijiet ta' Stonewall kif ukoll dwar Transformazzjoni.