Therese Comodini Cachia ċċedi s-siġġu tagħha fuq it-8 distrett

L-MPE tgħid li trid tkompli bil-ħidma tagħha barra l-pajjiż bħala MPE 'biex terġa' tibni r-reputazzjoni tal-pajjiż'

Il-Membru Parlamentari Ewropew u kandidata eletta Therese Comodini Cachia se tkun qed iċċedi s-siġġu tagħha fil-Parlament lokali sabiex tkompli bil-ħidma tagħha fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Comodini Cachia qalet dan mal-gazzetta The Malta Independent fejn sostniet li se ċċedi s-siġġu li kisbet minn fuq it-tmien distrett sabiex tkun tista' "tkompli tikseb l-aqwa riżultati għal Malta u ngħin biex nerġa' nibni r-reputazzjoni tal-pajjiż." Fl-istess waqt, l-MPE qalet kif bħalma kienet hemm meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-agħar mumenti, hekk se tkun qed tkompli tagħmel billi tgħin lill-Partit jerġa' jinbena.

Għaldaqstant, fuq it-tmien distrett, issa l-aktar kandidat probabbli li jkun elett minflok Comodini Cachia huwa David Thake, li wkoll għandu l-possibbiltà li jkun elett ukoll fuq it-tnax-il distrett jekk jiddeċiedi li jċedi dan id-distrett, Simon Busuttil.

More in Politika