‘L-Ingliżi sabulna ċ-ċwievet biex noħorġu minn dan il-ħabs enormi’ – Le Pen

F’Intervista ma’ Farage, Le Pen uriet l-intenzjonijiet tagħha proprja li toħroġ lil Franza mill-UE

‘Il-Gran Brittanja uriet lil pajjiżi kollha t-trieq bie xjoħorġu mill-Unjoni Ewropea, li fl-istess waqt twaqqa l-istituzzjoni kollha’, qalet Marine le Pen il-kap tal-partit lemini estrem ta’ Franza. Le Pen kienet qed tiġi intervistata minn Nigel Farage l-eks kap tal-UKIP li xpruna lill-Ingilterra bie xjoħorġu mill-UE, fuq l-istazzjon tiegħu LBC Radio.

Le Pen li tinsab fuq quddiem fl-istħarriġ tal-opinjoni fil-kampanja elettorali għal Presidenza Franċiża kompliet tgħid li l-Ingilterra sabet iċ-ċwievet tal-ħabs.

“Kienu jgħidulna li mhux possibbli li wieħed joħroġ mill-Unjoni ewropea u l-Ingliżi urewna t-riq. Meta l-poplu jrid, nistgħu nissettjaw l-kundizzjonijiet biex noħorġu mill-Ewropa. Irrid nirringrazzjakom li urejtulna t-triq biex noħorġu minn dan il-ħabs enormi,” qalet lil Farage waqt l-intervista li damet siegħa sħiħa.

Il-kap tan-National Front insistiet li l-immigranti Brittaniċi fi Franza mhux se jaffaċċjaw persekuzzjoni, iżda qalet li l-prijorita għax-xogħol hi għal Franċiżi. Filwaqt li semmiet li l-prim ministru Ingliż Theresa May kisritha meta ma ridtix tiltaqa magħha għax qalet li l-politika tal-gvern Ingliż ma kelliex x’taqsam mal-partit ta’ Le Pen.

Le Pen issellfet xi flus mir-Russja, iżda insistiet li ma kienx hemm riskju li tiġi ppressata minn Moska jekk tiġi eletta.

 

More in Politika