'Ħassejtni kuntent u emozzjonat ma' sħabi tal-Graffitti fil-preżenza ta' dawn iċ-ċarlatani'

Mario Vella jistqarr li hu kien wieħed minn dawk bil-maskra ta' qażquż u jgħid li hu m'għandux kulur

Il-kantant b'messaġġi kontroversjali, Mario Vella tal-grupp Brikkuni kien wieħed minn dawk li libsu l-maskra ta' qażquż wara Konrad Mizzi waqt is-sessjoni ta' 'Gvern li Jisma' ' biex jipprotesta flimkien mal-grupp ta' Graffitti li huma meqjusa bħala grupp ta' żgħażagħ li jipprotestaw kull meta jħossu li l-ambjent qed jinqered.

Fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu, Mario Vella kiteb li hu kien hemm u anke jekk qalulu li kien Nazzjonalist minħabba li kellu maskra biex jgħatti wiċċu, tefa' n-numru tal-karta tal-identità tiegħu, u kixef wiċċu fil-pubbliku filwaqt li qal li hu m'għandux kulur iżda jħossu doveruż li jipprotesta b'dak il-mod anke jekk mhu se jinbidel xejn. 

More in Politika