'In-nuqqas ta' sigurta hu riżultat ta' Gvern mehdi fil-korruzzjoni u kummissarju Pupazz'

Il-Partit Nazzjonalista jgħid li li l-kummissarju flok isolvi l-każi tal-karrozzi bomba  ħsiebu biex jgħatti lil Joseph Muscat

Il_Partit nazzjonalista ħareġ stqarrija ffirmata minn Beppe Fenech Adami li tgħid li  l-aħħar każ ta' splujoni ta' bomba f'karozza, li ħalla vittmi innoċenti midruba, jikkonferma l-periklu kbir li qed jgħixu fih il-familji Maltin u Għawdxin. "Dan mhux kaz uniku, izda l-ahhar minn sensiela ta' kazijiet ta' karozzi bomba minn kriminalità organizzata. In-nuqqas ta' sigurtà hija riżultat ta' Gvern mehdi fil-korruzzjoni u ta' Korp tal-Pulizija mmexxi minn Kummissarju pupazz li l-unika raġuni għaliex inħatar kienet biex ma jinvestigax lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri. Kif jista' l-Kummissarju tal-Pulizija jsolvi kazi ta' karozzi bomba jekk l-ewwel interess tieghu m'humiex in-nies imma li jghatti ghal Joseph Muscat?
"Huwa inutli li wara kull spluzjoni ta' bomba f'karozza, l-Pulizija tohrog stqarrija u tghid li l-vittma kien maghruf mal-Pulizija. Dan ma jserrah mohh hadd, anzi, jinkwieta aktar lin-nies. Dan mhux il-mod kif tigi miggielda l-kriminalità f'pajjizna. Il-Korp tal-Pulizija ghandu bzonn tmexxija serja u li tinvestiga fid-dettall lill-kriminali f'pajjizna.Flok diskorsi u laqghat tal-Kabinett, il-poplu Malti u Ghawdxi jistenna azzjoni u rizultati. B'hekk biss, il-poplu Malti u Ghawdxi jghix fis-sigurtà u s-serhan tal-mohh li jixraq pajjiz normali." ittemm l-istqarrija tal-PN.
 

More in Politika