"Jiena m'iniex Direttur fl-Allied Newspapers Limited jew fil-kumpaniji sussidjarji tagħha"
Mario de Marco jwieġeb l-istqarrija tal-Partit Laburista

More in Politika
Mario de Marco jwieġeb l-istqarrija tal-Partit Laburista
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco ħareġ stqarrija b'referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Partit Laburista. Irrid niċċara li kuntrarjament għal dak allegat fl-istess stqarrija, jien m'għandi ebda interess dirett f'The Times of Malta. Jiena m'iniex Direttur fl-Allied Newspapers Limited jew fil-kumpaniji sussidjarji tagħha, u m'għandi l-ebda rwol eżekuttiv fl-istess kumpaniji. Lanqas ma jien xi shareholder f'dawn il-kumpaniji. Jiena nservi bħala membru fost ħamsa tal-Kunsill Amministrattiv ta' The Strickland Foundation li għandha funzjoni pubblika u li hija shareholder f'Allied Newspapers. Id-ditta legali Guido de Marco & Associates li tagħha jiena membru hija waħda mid-ditti legali li jagħtu pariri lill-istess grupp. Għalhekk, m'għandi ebda rwol eżekuttiv fid-deċiżjonijiet maniġerjali jew editorjali fl-Allied Newspapers u l-gazzetta The Times of Malta. Bħala membru tal-Kunsill amministrattiv ta' The Strickland Foundation, li għandha bħala oġġettiv il-ħarsien tad-demokrazija f'pajjiżna u d-drittijiet tal-bniedem, iżda fuq kollox bħala ċittadin Malti li nemmen fil-prinċipju fundamentali tal-libertà tal-espressjoni, għandi interess li l-indipendenza u l-kredibilità ta' The Times of Malta tibqa' dejjem rispettata u salvagwardjata. Ikun aħjar li l-Partit Laburista jindirizza l-mistoqsijiet tiegħu lill-Prim Ministru u ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, fil-konfront ta' min hemm numru ta' allegazzjonijiet serjissimi." temm Mario de Marco fl-istqarrija tiegħu