Il-grupp ta' terroristi li jsejħu lilhom infushom bħala ISIS qed iwettqu l-liġi tax-Sharia u jużaw metodi estremi, anke fil-Libja. Fil-fatt, apparti l-bosta videos li diġa ħarġu ta' qtil u qtugħ ir-ras ta' bosta, l-ISIS qiegħed ukoll jkun iebes fuq affarijiet oħrajn li huma kkunsidrati bħala 'ta kuljum' għalina li ngħixu f'pajjiżi tal-Punent. Ftit ġranet ilu mijiet ta' pakketti tas-sigaretti kienu maħruqin f'Sirte fil-Libja, hekk kif skont l-ISIS jemmnu li t-tipjip imur kontra t-tagħlim tal-Quran. Aktar minn hekk, rapporti f'sezzjonijiet differenti ta' midja, qalu illi l-istess grupp qiegħed jipprojbixxi l-ilbies ta' jeans dejjaq, is-smiegħ ta' mużika minn fuq il-mowbajl u li tasal tard għat-talb, kull fejn għandhom il-poter.