'Ma nfaqniex ħafna fi studji u issa lesti biex niddeċiedu fuq il-mina'

Muscat jitkellem dwar il-proġett ta' mina bejn Malta u Għawdex għall-ewwel darba wara r-rapporti li deheru fuq il-ġurnal l-ILLUM

Il-mina ta' Hitra fin-Norveġja illi żaru uffiċjali ta' TM .
Il-mina ta' Hitra fin-Norveġja illi żaru uffiċjali ta' TM .

Fl-ewwel kummenti tiegħu mill-istorja maħruġa mill-ġurnal l-ILLUM dwar il-mina bejn Malta u Għawdex il-PM qal li l-Gvern preżenti ma nefaqx ħafna flus fi studji. Fil-Parlament Muscat qal ukoll li dan il-Gvern qabbad lil Gordon Cordina li f'rapport indika xinhuma l-benefiċċji ta' pont u ta' mina. "Issa lesti biex niddeċiedu" qal Muscat illi fakkar li taħt il-PN l-applikazzjoni għal fondi mill-Unjoni Ewropea ma kinitx ġiet aċċettata.

Fl-artiklu ppublikat fuq l-ILLUM il-President tal-Gozo Business Chamber sostna li Muscat jinsab determinat li jara illi l-proġett tal-mina jseħħ. 

Kuntrarjament għall-Kap tal-Oppożizzjoni Muscat tkellem għal ċertu ħin dwar Għawdex u fakkar f'diversi miżuri li qed jieġu dan il-Gvern, fosthom iż-żieda fl-għotja lill-istudenti Għawdxin bi €300, "id-doppju ta' kemm kienu żiedu l-istess għotja l-PN". 

More in Politika