[Aġġornata bir-reazzjoni tal-PL] Beppe: l-korruzzjoni saret mod ta' ggvernar

...il-PN ikompli bl-attakk fuq il-Gvern minħabba dak li qed ifisser bħala "koruzzjoni istituzzjonalizata"

Beppe Fenech Adami fil-konferenza quddiem Identity Malta

Il-PN illum kompla bl-attakki tiegħu fuq il-Gvern fuq il-kwistjoni tal-permessi tar-residenti. F'konferenza tal-Aħbarijiet il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami qal illi minn mindu bdiet Identity Malta, xi ħaġa li kien ħoloq dan il-Gvern, in-numru ta' permessi li ngħataw lil persuni barranin kiber b'mod qawwi. 

Differenza bejn min jitkellem u min jaġixxi

"Il-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami flok ta assigurazzjoni li fi żmien il-Partit Nazzjonalista ma kienx hemm korruzzjoni, ħareġ jattakka lil dan il-Gvern li bil-fatti qiegħed jiġġieled il-korruzzjoni" sostna l-PL li fakkar kif il-Gvern li mhu qiegħed iħares lejn wiċċ ħadd biex jagħmel dan.

"Bil-maqlub, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li llum tant qed titkellem fuq politika onesta u fuq il-korruzzjoni, m’għamlet xejn biex propju tiġġieled il-korruzzjoni, fejn ħalliet liġijiet fuq l-ixkaffa għal 25 sena sħaħ u meta affaċċjatha b’każijiet ta’ korruzzjoni twieġeb li ser tkun qed tgħin kull kif tista’ flok tieħu azzjoni..Id-Differenza qatt ma kienet daqshekk kbira bejn min jitkellem biss u min jaġixxi." 

More in Politika