Ilejla kienet msejħa laqgħa urġenti li se ssir bejn il-Ministru għat-Trasport u Infrasstruttura Joe Mizzi, Transport Malta, l-kumpanija Spanjola li qed topera t-trasport pubbliku u l-GWU wara li din tal-aħħar ordnat strajk ta' ġurnata fit-trasport pubbliku għal għada. Intant skont ix-xandir pubbliku kelliema tal-Ministeru sostniet li l-kumpanija għandha d-dover li topera 50% tas-servizz, bil-GWU tgħid iżda li jekk isir l-istrajk mhux se jkun qed jopera 50% tas-servizz.
Jidher iżda li din il-laqgħa ma' ħallietx frott u l-istrajk se jkompli kif imħabbar aktar kmieni
[aktar kmieni] Jekk taqbad tal-linja aħjar taħsibha sew kif se tmur ix-xogħol hekk kif il-General Workers Union (GWU) sejħet strajk tat-trasport pubbliku li se jdum il-ġurnata kollha għada. Is-servizz jerġa lura għan-normal nhar is-Sibt, anke jekk ma jintlaħaqx ftehim.
Il-kwistjoni kollha ddur max-xifts u t-tul tal-brejk għax-xufiera.