Bħalissa fir-Renju Unit hemm alert kbir hekk kif hemm biża li jsir attakk mill-ISIS nhar is-Sibt li ġej meta se tkun ikkomemorata il-'Victory over Japan', jum illi jfakkar it-tmiem tat-tieni gwerra dinjija.
Kollox beda hekk kif ġurnalisti Ingliżi għamluha ta' persuni Ingliżi interessati li jmexxu l-ġiħad fil-pajjiż u tkellmu ma' koppja Ingliża li bħalissa qed tikkordina u tkun parti mill-kampanja ġiħadista tal-ISIS. Dawk li tkellmu mal-ġurnalisti ta' Sky News kienu Junaid Hussain minn Birmingham u Sally Jones. Għalkemm għexu u trabbew fir-Renju Unit dawn jingħaqdu ma' bosta nies Ewropej oħrajn illi qed jiffurmaw parti mill-ġlieda tal-ISIS. Xogħol Jones u Hussain huwa li jdaħħlu rekruti ġodda mal-ISIS.
It-thedida ta' attakk, speċjalment fuq il-familja Rjali, tefa' lill-pajjiż u lill-awtoritajiet tas-sigurta' fuq alert massimu, hekk kif attakk f'dan il-jum jista jħalli ħafna nies mejtin.