Il-Kumpanija RS2 li tipproċessa pagamanenti se tkun qed tirdoppja l-impjegati tagħha u toħloq 100 impjieg ġdid f'Għawdex biex b'hekk se żżid l-impjiegi magħha b'100.
Dan tħabbar hekk kif il-Kumpanija fetħet uffiċċini ġodda fix-Xewkija fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat li saġaq dwar l-importanza li jkomp0i jiżdied l-investiment f'Għawdex u li din il-gżira tkompli tkun ikkunsidrata bħala destinazzjoni individwali. kemm fil-qasam tat-turiżmu kif ukoll fil-qasam teknoloġiku.
Preżenti wkoll għall-ftuħ ta' dawn l-uffiċini kien hemm il-Ministru għax-Xogħol u l-Edukazzjoni Evarist Bartolo kif ukoll il-Ministru t'Għawdex Anton Refalo.