Tellieqa biex jieħdu post Chris Said

David Casa l-favorit ta' Simon Busuttil

David Agius, David Casa u Robert Cutajar
David Agius, David Casa u Robert Cutajar

Wara r-riżenja ta’ l-eks Ministru Giovanna Debono mill-Partit Nazzjonaista u mill-Grupp Parlamentari tal-PN waslet ukoll ir-riżenja Chris Said minn Segretarju Ġenerali, bir-raġuni tkun li jrid jiffoka fuq Għawdex, minkejja li l-istess Said kien diġà Shadow Minister t’Ghawdex mit-8 ta’ Jannar li għadda, wara l-aħħar shadow cabinet reshuffle li għamel Simon Busuttil.

Intant mal-aħbar tar-riżenja ta ‘ Chris Said, David Agius beda ħidma intensiva biex jipprova jinfilza kemm jista’ “nies tiegħu” sabiex jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-eżekuttiv.

Sorsi mdaħħla sew fil-Partit Nazzjonalista li tkellmu mal-ILLUM  qalu li quddiem dan kollu, Simon Busuttil sejjaħ għal David Agius u widdbu biex ma jagħmilx dan il-logħob.

David Agius kien diġà pprova jikkontesta għall-kariga ta’ gegretarju ġenerali f’Mejju 2013 wara t-telfa rekord tal-Partit Nazzjonalista. Dakinhar ukoll, Agius kien tkellem ma’ Simon Busuttil u wara l-laqgħa ta’ bejniethom spiċċa l-anqas biss kien tefa’ n-nomina tieghu.

Qed jingħad li l-favorit ta’ Simon Busuttil hu l-eks kollega tiegħu fil-Parlament Ewropew David Casa. Casa qed jippunta għal din il-kariga wara li għamel aktar minn żewġ leġiżlaturi bħala Membru Parlamentari Ewropew u għalhekk għandu l-pensjoni tiegħu assigurata.

It-taqtiegħa għall-post ta’ segretarju ġenerali qed tkompli tikkawża firdiet fil-PN, li għadhom ma ssolvewx wara r-riżultat tal-aħħar elezzjoni.

Fl-istess ħin hemm pressjoni min-nies ta’ Lawrence Gonzi li jridu li l-membru Parlamentari Robert Cutajar jintgħażel għal segretarju ġenerali.

More in Politika