
[LIVE] - Rebħa għall-vot tal-IVA, id-distakk kien biss ta' 2,220 vot
IVA b'rebħa minima fir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa
minn Veronica Lynn Mizzi







16.04: Hekk kif iċ-ċifri uffiċjali għadhom mhux ippubblikati, qed ikun stmat li d-distakk bejn l-IVA u l-LE naqas għal madwar 2,200 vot biss
It-turnout globali għal dan ir-referendum kien ta' 75%, filwaqt li dak distrettwali huwa kif ġej:
Distrett 1 |
68% |
Distrett 2 |
69% |
Distrett 3 |
68% |
Distrett 4 |
74% |
Distrett 5 |
81% |
Distrett 6 |
81% |
Distrett 7 |
76% |
Distrett 8 |
72% |
Distrett 9 |
71% |
Distrett 10 |
70% |
Distrett 11 |
80% |
Distrett 12 |
69% |
Distrett 13 |
81% |
Il-bieraħ fl-għaxra ta' filgħaxija ġiet fi tmiemha l-votazzjoni fir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa u dik tal-kunsilli lokali f' 34 lokalità madwar Malta u Għawdex. Minn hemmhekk, beda l-proċess tal-issiġillar tal-kaxex sabiex ikunu jistgħu jibdew jittieħdu fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, fejn bdew jaslu l-ewwel kaxxi tal-voti fl-10.30, bl-ewwel lokalità tkun dik ta' Ta' Xbiex.
Fin-Naxxar, il-kaxxi tal-voti tar-referendum jibdew bil-proċess tal-ftuħ tal-kaxxa, waqt li l-kaxxi tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jintefgħu fi strong rooms bis-siġilli fejn jingħalqu għall-ġimgħa li ġejja u jinfetħu sabiex jibdew jingħaddu, nhar is-Sibt li ġej 18 ta' April fis-6 ta' filgħodu.
Il-voti tar-referendum, minn hemmhekk infetħu u bdew jintefgħu wiċċhom 'l isfel waqt li jiġu mitfugħa f'pakketti ta' ħamsin vot. Dan il-proċess sar matul il-lejl sabiex kif mistenni, fid-9 ta' filgħodu, l-voti jkunu jistgħu jintefgħu fil-garżelli rispettivi tagħhom: IVA, LE u Dubjużi. F'madwar nofs siegħa mistenni jkun hemm l-ewwel indikazzjonijiet ta' dan ir-riżultat.