Mill-Kamra | Il-Massage Parlours u d-Deputat Attard Previ: X'kienet qalet fil-Parlament?

Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ tkellmet dwar dan ir-rapport fil-Parlament u sostniet li hemm bżonn illi dan is-settur ikun regolat

Graziella Attard Previ
Graziella Attard Previ

Il-massage parlours, huma kwistjoni li qamet diversi drabi u li dwarhom saru diversi rapporti - mhux l-inqas fuq il-gazzetta ILLUM snin ilu u riċentement sar studju akkademiku li juri illi dawn il-ħaddiema qed ikollhom il-moviment ristrett, li qed ikunu esposti għall-mard u l-abbuż u li ġieli saħansitra jitteħdulhom id-dokumenti li permezz tagħhom jivvjaġġaw, bħal passaport. 

Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ tkellmet dwar dan ir-rapport fil-Parlament u sostniet li hemm bżonn illi dan is-settur ikun regolat. Il-programm Mill-Kamra, fit-30 Episodju tiegħu, iltaqa' ma' Attard Previ u tkellem magħha dwar dan is-suġġett. 

Intant fl-ewwwel parti nistaqsu lill-Ministru Jonathan Attard dwar il-Liġi tal-Femiċidju li għaddiet mill-Parlament fl-ewwel parti ta' din il-leġiżlatura. 

More in Mill-Kamra