Mill-Kamra | Il-lingwa Maltija, l-edukazzjoni, l-għalliema u l-Ukrajna: Schembri u Engerer iwieġbu

Cyrus Engerer jirrispondi mistoqsijiet dwar il-gwerra fl-Ukrajna u l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fuq din il-materja filwaqt li d-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri iwieġeb dwar l-edukazzjoni

Fl-24 Episodju tal-Programm Mill-Kamra komplejna niltaqgħu ma' aktar deputati. F'dan il-programm tkellimna mad-Deputat Nazzjonlista Justin Schembri - Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni -  dwar l-edukazzjoni, is-suċċess tal-edukazzjoni, il-lingwa Maltija kif mgħallma u miktuba kif ukoll l-għalliema, fost oħrajn.

Fit-tieni parti tal-programm Mill-Kamra jistaqsi lill-MEP Laburista Cyrus Engerer dwar il-gwerra fl-Ukrajna, is-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja u l-impatt ta' dawn is-sanzjonijiet fuq il-popli ewropej, inkluż dak Malti. 

More in Mill-Kamra