Mill-Kamra | L-Enerġija: Sors ta' dawl, ilma u ħafna kontroversja

Il-programm Mill-Kamra jitkellem ma' Miriam Dalli, Ryan Calus u David Agius...

Is-settur tal-Enerġija qatt ma kien nieqes mill-kontroversja, kemm jekk hija l-kwistjoni tal-BWSC u l-qalba għall-Heavy Fuel Oil u x-xiri taż-żejt fi żmien Gvern Nazzjonalista u l-proġett tal-Power Station li qed titmexxa mill-Electrogas taħt il-Gvern preżenti. Naturalment l-Enerġija tfisser il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li aħna lkoll inħallsu u li mill-ġdid huma sors ta' ħafna kontroversja, kemm minħabba ż-żieda fil-prezzijiet taħt Gvern Nazzjonalista u anke minħabba kontijiet maħdumin ħażin li wassal għal xi kontijiet ogħla taħt il-Gvern preżenti. 

It-13-il episodju tal-programm Mill-Kamra iltaqa' mal-Ministru tal-Enerġija, Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli Miriam Dalli kif ukoll d-Deputat Nazzjonalista u Kelliem għas-Settur tal-Enerġija Ryan Callus. 

Fit-tieni parti tal-programm Mill-Kamra jistaqsi dwar Kumitat Parlamentari ieħor: Il-Kumitat dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.

Mill-Kamra jixxandar kull nhar ta' Ħamis fis-6:30 p.m fuq TVMNews+. 

More in Mill-Kamra