Mill-Kamra | Ħarsa lejn il-Kumitat tal-Affarijiet Finanzjari u Ekonomiċi tal-Parlament. X'inhu xogħlu?

Il-Kumitat tal-Affarijiet Finanzjari u Ekonomiċi tal-Parlament: X'inhu l-irwol tiegħu? Jirrispondi d-Deputat Jean Claude Micallef...

Jean Claude Micallef
Jean Claude Micallef

It-12-il episodju tal-progtramm Mill-Kamra - li jixxandar fuq TVM News+ kull nhar ta' Ħamis fis-6:30 p.m -  u li kien ftit iqsar mis-soltu, jagħti ħarsa lejn il-Kumitat tal-Affarijiet Finanzjari u Ekonomiċi tal-Parlament u jitkellem mad-Deputat Laburista li jmexxi tali kumitat, Jean Claude Micallef. 

Tajna ħarsa wkoll lejn dak li kien qed iseħħ fil-Parlament fejn għaddiet il-Liġi li tirregola l-Użu tal-Kannabis għall-iskop rikreattiv. Dan apparti ħarsa qasira lejn il-kwwistjoni tal-eks Ministru Justyne Caruana u r-rapport tal-Kummissarju tal-istandards fil-Ħajja Pubblika li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li ġie diskuss mill-Kumitat Parlamentari tal-Istandards. Hawnhekk kemm il-membri tal-Gvern kif ukoll tal-Oppożizzjoni qablu li d-dettalji tar-rapport għandhom ikunu ippubblikati. 

 

More in Mill-Kamra